Be Healthy https://behealthy.mt proġett għix ħajja sana Fri, 26 Jan 2018 03:37:58 +0000 mt-MT hourly 1 https://wordpress.org/?v=6.8 https://behealthy.mt/wp-content/uploads/2018/03/logo-100x100.png Be Healthy https://behealthy.mt 32 32 Proġett Pilota https://behealthy.mt/mt/2018/01/08/progett-pilota/ Mon, 08 Jan 2018 04:09:43 +0000 https://behealthy.org.mt/?p=760 Dan il-proġett pilota jimmira li jsaħħaħ l-amministraturi u l-edukaturi fl-iskejjel biex irawmu bidla kulturali billi jinfluwenzaw il-politika fl-ambjent skolastiku f’dak li jirrigwarda d-drawwiet sani. Huwa biss bl-involviment u bl-appoġġ tal-għalliema li jistgħu jseħħu l-bidliet mixtieqa fl-ambjent skolastiku li jwasslu għal stil ta’ ħajja san għall-adulti u t-tfal fl-iskejjel. Aħna nagħtu sessjonijiet ta’ taħriġ ta’ sagħtejn […]

The post Proġett Pilota first appeared on Be Healthy.]]>
Dan il-proġett pilota jimmira li jsaħħaħ l-amministraturi u l-edukaturi fl-iskejjel biex irawmu bidla kulturali billi jinfluwenzaw il-politika fl-ambjent skolastiku f’dak li jirrigwarda d-drawwiet sani. Huwa biss bl-involviment u bl-appoġġ tal-għalliema li jistgħu jseħħu l-bidliet mixtieqa fl-ambjent skolastiku li jwasslu għal stil ta’ ħajja san għall-adulti u t-tfal fl-iskejjel.

Aħna nagħtu sessjonijiet ta’ taħriġ ta’ sagħtejn il-waħda fl-ambjent skolastiku stess li matulhom infissru l-ambitu tal-proġett u nfasslu strateġija skont il-bżonnijiet tal-iskola partikolari u skont ir-reazzjonijiet tal-istaff. Il-progress jiġi diskuss mal-iskola fuq bażi regolari u dan isir b’tali mod li ma jqegħidx piż bla ħtieġa fuq l-amministraturi jew fuq l-għalliema.

Flimkien ma’ waħda mill-iskejjel iddisinjajna powster li se jkun espost fil-klassijiet kollha biex ifakkar fl-importanza li jinxtorob l-ilma matul il-jum anke fil-klassi.

It-taħriġ juri l-importanza tal-ambjent skolastiku fl-iżvilupp ta’ stil ta’ ħajja san peress li t-tfal iqattgħu nofs ħinhom l-iskola. Għalhekk, waqt li l-edukazzjoni domestika hija kruċjali biex it-tfal jiżviluppaw valuri u prinċipji u drawwiet ta’ stil ta’ ħajja san, l-ambjent skolastiku jeħtieġ li jagħti l-appoġġ tiegħu billi t-tfal qegħdin iqattgħu f’dan l-ambjent ammont konsiderevoli mill-ħin li jagħmlu mqajmin.

Waqt it-taħriġ niddiskutu l-aħħar riċerka/dejta xjentifika minn pubblikazzjonijiet internazzjonali u lokali dwar ix-xejriet tal-obeżità u dwar modi kif tista’ tiġi evitata, b’enfasi fuq l-urġenza billi nuru statistika lokali. Barra minn hekk, niddiskutu l-aspett psikoloġiku u l-importanza tal-imġiba pożittiva u tal-irqad adegwat, kif ukoll l-importanza li jinbena sens ta’ komunità u solidarjetà bejn l-amministraturi, l-għalliema, il-ġenituri u t-tfal fl-iskola, ilkoll bil-għan waħdieni li l-obeżità tiġi destigmatizzata.

Sabiex isseħħ din il-bidla fl-ambjent skolastiku, ikun ideali li bejn il-lezzjonijiet ikun hemm waqfiet strutturati biex it-tfal jixorbu l-ilma u jiċċaqalqu. Interessanti li wieħed jinnota li xi għalliema diġà qegħdin jinkoraġġixxu dawn il-prattiċi u jipprovduhom fil-klassijiet tagħhom, waqt li oħrajn le. Permezz ta’ dan it-taħriġ l-għalliema jiltaqgħu u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mal-kollegi. Diskussjoni bħal din dwar qsim ta’ prattiċi tajbin tinkoraġġixxi oħrajn biex jagħmlu l-istess.

Fi tmiem is-sessjoni l-għalliema jiġu offruti eżamijiet tas-saħħa fuq bażi volontarja billi jagħtu donazzjoni volontarja. Huwa importanti wkoll li l-adulti jkunu konxji sewwa tal-importanza li jkunu f’saħħithom.

Nisa b’qadd ta’ iktar minn 80 ċm u rġiel b’qadd ta’ iktar minn 94 ċm li mill-bqija huma f’saħħithom (mingħajr dijabete jew problemi tal-qalb) huma mħeġġa jikkuntattjawna u jibbukkjaw eżami tas-saħħa abbażi ta’ donazzjoni volontarja.

The post Proġett Pilota first appeared on Be Healthy.]]>
Kun b’Saħħtek https://behealthy.mt/mt/2017/12/26/kun-bsahhtek/ Tue, 26 Dec 2017 07:20:25 +0000 https://behealthy.org.mt/?p=678 F’korrispondenza mal-għanijiet stipulati ta’ titjib u protezzjoni tas-saħħa u tal-benessri permezz ta’ enfasi fuq il-prevenzjoni, il-promozzjoni tas-saħħa u l-intervent bikri, dan il-proġett għandu żewġ miri li jmorru id f’id: Li titnieda kampanja edukattiva fl-iskejjel, stratifikata skont l-età, li tenfasizza l-importanza ta’ stil ta’ ħajja san sabiex tiġi evitata l-obeżità u l-effetti tagħha. Li jiġu identifikati […]

The post Kun b’Saħħtek first appeared on Be Healthy.]]>
F’korrispondenza mal-għanijiet stipulati ta’ titjib u protezzjoni tas-saħħa u tal-benessri permezz ta’ enfasi fuq il-prevenzjoni, il-promozzjoni tas-saħħa u l-intervent bikri, dan il-proġett għandu żewġ miri li jmorru id f’id:

  • Li titnieda kampanja edukattiva fl-iskejjel, stratifikata skont l-età, li tenfasizza l-importanza ta’ stil ta’ ħajja san sabiex tiġi evitata l-obeżità u l-effetti tagħha.
  • Li jiġu identifikati individwi  obeżi/b’piż żejjed (bl-użu tal-BMI u ċ-ċirkumferenza tal-qadd bħala kriterji) fil-kuntest ta’ spiżeriji fil-komunità, u li jitwettaq skrinjar tal-HbA1c u tal-profil tal-lipidi fil-post tal-kura bl-iskop ġenerali li individwi li jinsabu f’riskju u għadhom ma ġewx identifikati jiġu riferiti għall-kura medika.

The post Kun b’Saħħtek first appeared on Be Healthy.]]>
Il-Proġett https://behealthy.mt/mt/2017/12/26/min-ahna/ Tue, 26 Dec 2017 07:12:18 +0000 https://behealthy.org.mt/?p=676 F’korrispondenza mal-għanijiet stipulati ta’ titjib u protezzjoni tas-saħħa u tal-benessri permezz ta’ enfasi fuq il-prevenzjoni, il-promozzjoni tas-saħħa u l-intervent bikri, dan il-proġett għandu żewġ miri li jmorru id f’id: Li titnieda kampanja edukattiva fl-iskejjel, stratifikata skont l-età, li tenfasizza l-importanza ta’ stil ta’ ħajja san sabiex tiġi evitata l-obeżità u l-effetti tagħha. Li jiġu identifikati […]

The post Il-Proġett first appeared on Be Healthy.]]>
F’korrispondenza mal-għanijiet stipulati ta’ titjib u protezzjoni tas-saħħa u tal-benessri permezz ta’ enfasi fuq il-prevenzjoni, il-promozzjoni tas-saħħa u l-intervent bikri, dan il-proġett għandu żewġ miri li jmorru id f’id:

Li titnieda kampanja edukattiva fl-iskejjel, stratifikata skont l-età, li tenfasizza l-importanza ta’ stil ta’ ħajja san sabiex tiġi evitata l-obeżità u l-effetti tagħha.

Li jiġu identifikati individwi  obeżi/b’piż żejjed (bl-użu tal-BMI u ċ-ċirkumferenza tal-qadd bħala kriterji) fil-kuntest ta’ spiżeriji fil-komunità, u li jitwettaq skrinjar tal-HbA1c u tal-profil tal-lipidi fil-post tal-kura bl-iskop ġenerali li individwi li jinsabu f’riskju u għadhom ma ġewx identifikati jiġu riferiti għall-kura medika. Għal aktar informazzjoni ikkuntatjana fuq info@behealthy.org.mt

The post Il-Proġett first appeared on Be Healthy.]]>
Ikkontrolla l-Ossidazzjoni https://behealthy.mt/mt/2017/12/25/ikkontrolla-l-ossidazzjoni/ Mon, 25 Dec 2017 05:34:36 +0000 https://behealthy.org.mt/?p=643 radjazzjoni żejda mill-UV, sigaretti u tabakk

The post Ikkontrolla l-Ossidazzjoni first appeared on Be Healthy.]]>
radjazzjoni żejda mill-UV, sigaretti u tabakk

The post Ikkontrolla l-Ossidazzjoni first appeared on Be Healthy.]]>
Kun Attiv https://behealthy.mt/mt/2017/12/25/kun-attiv/ Mon, 25 Dec 2017 05:32:52 +0000 https://behealthy.org.mt/?p=641 kun attiv fiżikament u mentalment

The post Kun Attiv first appeared on Be Healthy.]]>
kun attiv fiżikament u mentalment

The post Kun Attiv first appeared on Be Healthy.]]>
Aħna Dak Li Nieklu https://behealthy.mt/mt/2017/12/25/ahna-dak-li-nieklu/ Mon, 25 Dec 2017 05:15:43 +0000 https://behealthy.org.mt/?p=630 agħżel naturali

The post Aħna Dak Li Nieklu first appeared on Be Healthy.]]>
agħżel naturali

The post Aħna Dak Li Nieklu first appeared on Be Healthy.]]>
Kampanja fl-Iskejjel https://behealthy.mt/mt/2017/12/09/512/ Sat, 09 Dec 2017 09:20:46 +0000 https://behealthy.org.mt/?p=512 Għadd żgħir ta’ skejjel tal-Knisja f’Malta qegħdin jieħdu sehem fi proġett pilota li għandu l-għan li jippromwovi l-benessri ġenerali fl-iskejjel bis-saħħa ta’ drawwiet sani.   Tfal f’saħħithom: Imorru aħjar akkademikament Ikollhom inqas problemi ta’ mġiba Ikollhom attitudnijiet pożittivi Jiksbu esperjenza fl-ikel (litteriżmu alimentari) Aktarx li jfallu inqas skola minħabba li jimirdu inqas. L-immaġni ta’ hawn […]

The post Kampanja fl-Iskejjel first appeared on Be Healthy.]]>
Għadd żgħir ta’ skejjel tal-Knisja f’Malta qegħdin jieħdu sehem fi proġett pilota li għandu l-għan li jippromwovi l-benessri ġenerali fl-iskejjel bis-saħħa ta’ drawwiet sani.

 

Tfal f’saħħithom:

  • Imorru aħjar akkademikament
  • Ikollhom inqas problemi ta’ mġiba
  • Ikollhom attitudnijiet pożittivi
  • Jiksbu esperjenza fl-ikel (litteriżmu alimentari)
  • Aktarx li jfallu inqas skola minħabba li jimirdu inqas.

L-immaġni ta’ hawn taħt dwar “6 Modi għal Stil ta’ Ħajja San” jiġbor fil-qosor l-elementi ewlenin kollha li aħna, ta’ adulti responsabbli, għandna nżommu f’moħħna sabiex inżommu lil uliedna u lilna nfusna b’saħħitna.

Tfal f’saħħithom għandhom bżonn:

Teħid adegwat ta’ ilma kuljum. Tfal fl-età tal-iskola primarja għandhom bżonn jixorbu 1.3 l ta’ ilma naturali kuljum.

Ikel nutrittiv u bbilanċjat tajjeb. Importanti li t-tfal jingħataw ikel nutrittiv għall-iskola sabiex jiżviluppaw drawwiet sani tal-ikel tul ħajjithom. Ikliet ibbilanċjati tajjeb jgħinu biex jitjiebu l-konċentrazzjoni, il-livelli tal-enerġija u l-motivazzjoni, u jitnaqqas ir-riskju tad-dijabete u tal-obeżità.

Irqad adegwat. Tfal fl-età ta’ bejn is-sitt snin u t-13-il sena jeħtieġu minn disa’ sa 11-il siegħa rqad. Il-ħin quddiem it-televixin ftit qabel l-irqad ġie assoċjat ma’ reżistenza biex it-tfal imorru jorqdu, diffikultà biex jiġihom in-ngħas, ansjetà fl-irqad u sigħat inqas ta’ rqad.

Attività fiżika adegwata. Mill-inqas hija rrakkomandata siegħa attività kuljum. Mhux bilfors tkun lezzjoni tal-edukazzjoni fiżika jew xi attività ekstrakurrikulari. Madankollu, importanti li żżomm lil uliedek attivi kemm jista’ jkun, ngħidu aħna, billi titlobhom jgħinuk fix-xogħol tad-dar, jew inkella permezz ta’ logħbiet divertenti fid-dar li huma aktarx fiżiċi milli sedentarji. B’dan il-mod jitnaqqas il-ħin li l-ulied iqattgħu jħarsu lejn skrin.

Dan il-proġett pilota jimmira li jsaħħaħ l-amministraturi u l-edukaturi fl-iskejjel biex irawmu bidla kulturali billi jinfluwenzaw il-politika fl-ambjent skolastiku f’dak li jirrigwarda d-drawwiet sani. Is-sistema Klikks għall-iskejjel u l-midja soċjali jistgħu jkunu pjattaforma biex jintlaħqu l-ġenituri. It-tfal iqattgħu nofs ħinhom l-iskola u n-nofs l-ieħor id-dar. L-edukazzjoni domestika fir-rigward tal-iżvilupp ta’ drawwiet tal-ikel sani tieħu prijorità. Għaldaqstant għandhom jiġu kkomunikati ideat qosra u prattiċi, kif ukoll tfakkiriet, lill-ġenituri dwar stil ta’ ħajja san. L-għalliema u l-ġenituri se jiġu offruti eżamijiet tas-saħħa fuq bażi volontarja billi jagħtu donazzjoni volontarja. Huwa importanti wkoll li l-adulti jkunu konxji sewwa tal-importanza li jkunu f’saħħithom.

The post Kampanja fl-Iskejjel first appeared on Be Healthy.]]>