Services | Be Healthy https://behealthy.mt proġett għix ħajja sana Thu, 25 Jan 2018 10:06:39 +0000 mt-MT hourly 1 https://wordpress.org/?v=6.8 https://behealthy.mt/wp-content/uploads/2018/03/logo-100x100.png Services | Be Healthy https://behealthy.mt 32 32 Dijabete https://behealthy.mt/mt/service/diabete/ Mon, 25 Dec 2017 07:20:40 +0000 https://behealthy.org.mt/?post_type=service&p=626 Huwa faċli tiċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm.

The post Dijabete first appeared on Be Healthy.]]>
Huwa faċli tiċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm. Il-livelli li persuna għandha żżomm bħala mira huma:

1. Sajma: <5.6 mmol/L

2. Sagħtejn wara l-ikel: <7.8 mmol/L

 

Iċċekkja d-dijabete f’4 passi:

1. Ibda billi taħsel idejk sew u ħallihom jinxfu.

2. Taqqab il-ġenb ta’ subgħak billi tuża labra sterilizzata. Biddel il-labra kull darba li jsir it-test. Qatt m’għandek tuża l-istess labra fuq individwi differenti.

3. Applika l-qatra tad-demm skont l-istruzzjonijiet tal-magna taz-zokkor tiegħek.

4.  Stenna sakemm joħroġ ir-riżultat u rrekordjah fid-djarju tad-dijabete tiegħek.

 

Il-livell taz-zokkor li jgħodd għalik jiġi speċifikat f’konsulta mat-tabib tiegħek.

Dejjem ħu d-djarju tad-dijabete miegħek meta tmur għand it-tabib.

It-tabib jew l-ispizjar tiegħek jiddeterminalek il-livell ta’ HbA1c fid-demm tiegħek f’intervalli regolari. L-HbA1c huwa r-riżultat ta’ kalkolu taz-zokkor fid-demm ta’ bejn 8 u 12-il ġimgħa qabel u għandu jkun 7% jew inqas.

The post Dijabete first appeared on Be Healthy.]]>
Test tal-Awrina https://behealthy.mt/mt/service/test-tal-awrina/ Mon, 25 Dec 2017 07:19:19 +0000 https://behealthy.org.mt/?post_type=service&p=659 It-​testijiet tal-pipì jsiru sabiex tfittex jew tiċċekkja żvilupp ta’ ċertu mard u kundizzjonijiet fil-kliewi jew infezzjonijiet fil-pajp tal-pipì.

The post Test tal-Awrina first appeared on Be Healthy.]]>
Għalfejn għandek tiċċekkja l-pipì?

It-​testijiet tal-pipì jsiru sabiex tfittex jew tiċċekkja żvilupp ta’ ċertu mard u kundizzjonijiet fil-kliewi jew infezzjonijiet fil-pajp tal-pipì.

Meta għandek tiċċekkja l-pipì?

L-iċċekkjar tal-pipì hu rakkomandat meta jkollok sintomi bħal uġigħ fin-naħa t’isfel taż-żaqq jew tad-dahar u meta jkun hemm urġenza jew uġigħ meta tgħaddi l-awrina.

 

Ġbir ta’ kampjun tal-pipì

Għall-ġbir tal-pipì uża biss kontenitur apposta li jkun sterilizzat u nadif.

L-eżami tal-pipì jsir permezz ta’ strixxi apposta u għandu jsir mill-aktar fis possibbli f’inqas minn sagħtejn.

 

Parametri tat-testijjiet tal-pipì

X’qed jiġi analizzat?

pH: aċidożi jew ketoaċidożi, ġuħ, dijarea

Lewkoċiti: infezzjonijiet tal-kliewi u tal-awrina

Nitrat: infezzjonijiet tal-pajp tal-pipì, ċistite, kumplikazzjonijiet fil-kliewi

Proteina: dijabete, sawm, remettar, ketoaċidożi

Glukożju: dijabete, zokkor fil-pipì

Ketoni: dijabete, sawm, remettar, ketoaċidożi

Urobilinoġenu: ċirrożi tal-fwied, epatite, enemija

Bilirubina: ċirrożi tal-fwied, suffejra

Demm: (Demm fil-pipì) jindika infezzjonijiet, ġebel fil-pipì, kumplikazzjonijiet tal-kliewi

The post Test tal-Awrina first appeared on Be Healthy.]]>
Skejjel https://behealthy.mt/mt/service/skejjel/ Mon, 25 Dec 2017 07:18:02 +0000 https://behealthy.org.mt/?post_type=service&p=660 Kampanja bl-għan li tipromwovi l-għixien ta’ ħajja sana permezz ta’ attitudnijiet ‘healthy’.

The post Skejjel first appeared on Be Healthy.]]>
Kampanja bl-għan li tipromwovi l-għixien ta’ ħajja sana permezz ta’ attitudnijiet ‘healthy’.

The post Skejjel first appeared on Be Healthy.]]>
Parir Mediku https://behealthy.mt/mt/service/parir-mediku/ Mon, 25 Dec 2017 07:15:20 +0000 https://behealthy.org.mt/?post_type=service&p=661 Huwa dejjem rakomandat li wieħed ikellem lit-tabib tal-familja.

The post Parir Mediku first appeared on Be Healthy.]]>
Huwa dejjem rakomandat li wieħed ikellem lit-tabib tal-familja.

The post Parir Mediku first appeared on Be Healthy.]]>
Hypercholesterolemia https://behealthy.mt/mt/service/hypercholesterolemia-2/ Mon, 25 Dec 2017 07:10:28 +0000 https://behealthy.org.mt/?post_type=service&p=662 Għalfejn għandek bżonn it-test tal-kolesterol? ​Dan it-test hu importanti biex jidentifika r-riskju għall-mard tal-qalb u sabiex jikkalkula r-rispons għall-mediċini.   Meta trid tiċċekja l-kolesterol? Meta m’hemmx riskji preżenti: 1. Adulti: Kull 4-6 snin 2. Żgħażagħ: Darba bejn l-eta’ ta’ 9 u 11-il sena u darb’ oħra bejn l-eta’ ta’ 17 u 21 sena. Fil-preżenza ta’ […]

The post Hypercholesterolemia first appeared on Be Healthy.]]>
Għalfejn għandek bżonn it-test tal-kolesterol?

Dan it-test hu importanti biex jidentifika r-riskju għall-mard tal-qalb u sabiex jikkalkula r-rispons għall-mediċini.

 

Meta trid tiċċekja l-kolesterol?

Meta m’hemmx riskji preżenti:

1. Adulti: Kull 4-6 snin

2. Żgħażagħ: Darba bejn l-eta’ ta’ 9 u 11-il sena u darb’ oħra bejn l-eta’ ta’ 17 u 21 sena.

Fil-preżenza ta’ riskji: f’intervalli regolari

 

X’kampjun hemm bżonn għat-test?

Ftit demm permezz ta’ titqiba zgħira mill-ġenb tas-sebgħa.

 

Kif wieħed għandu jipprepara ruħu għat-test?

Wieħed għandu jkun sajjem bejn 9-12-il siegħa (ilma biss) qabel ma jittieħed id-demm għat-test.

 

Parametri tat-test tal-kolesterol

Profil tal-kolesterol jinkuldi:

  • Kolesterol totali
  • High-density lipoprotein cholesterol (HDL-C) – magħaruf bħala “l-kolesterol it-tajjeb”. Dan ineħħi l-kolesterol żejjed mill-ġisem.
  • Low-density lipoprotein cholesterol (LDL-C) – magħruf bħala “l-kolesterol il-ħażin”. Dan għaliex jiddepożita l-kolesterol iż-żejjed mal-ħajt tal-arterji tad-demm.
  • Trigliċeridi
The post Hypercholesterolemia first appeared on Be Healthy.]]>