Test tal-Awrina

Għalfejn għandek tiċċekkja l-pipì?

It-​testijiet tal-pipì jsiru sabiex tfittex jew tiċċekkja żvilupp ta’ ċertu mard u kundizzjonijiet fil-kliewi jew infezzjonijiet fil-pajp tal-pipì.

​

Meta għandek tiċċekkja l-pipì?

​L-iċċekkjar tal-pipì hu rakkomandat meta jkollok sintomi bħal uġigħ fin-naħa t’isfel taż-żaqq jew tad-dahar u meta jkun hemm urġenza jew uġigħ meta tgħaddi l-awrina.

 

Ġbir ta’ kampjun tal-pipì

Għall-ġbir tal-pipì uża biss kontenitur apposta li jkun sterilizzat u nadif.

L-eżami tal-pipì jsir permezz ta’ strixxi apposta u għandu jsir mill-aktar fis possibbli f’inqas minn sagħtejn.

 

Parametri tat-testijjiet tal-pipì

​X’qed jiġi analizzat?

​pH: aċidożi jew ketoaċidożi, ġuħ, dijarea

​Lewkoċiti: infezzjonijiet tal-kliewi u tal-awrina

​Nitrat: infezzjonijiet tal-pajp tal-pipì, ċistite, kumplikazzjonijiet fil-kliewi

​Proteina: dijabete, sawm, remettar, ketoaċidożi

​Glukożju: dijabete, zokkor fil-pipì

​Ketoni: dijabete, sawm, remettar, ketoaċidożi

​Urobilinoġenu: ċirrożi tal-fwied, epatite, enemija

​Bilirubina: ċirrożi tal-fwied, suffejra

​Demm: (Demm fil-pipì) jindika infezzjonijiet, ġebel fil-pipì, kumplikazzjonijiet tal-kliewi